Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet • Host ta' post fejn toqgħod

Ilqa' l-familji bit-tfal

Jeżistu familji ta' kull xorta u l-klijenti tiegħek se jkunu qed ifittxu postijiet addattati għal kull xorta ta' familja—anke dawk bi trabi tat-twelid. Tkun xi ħaġa sabiħa jekk il-listing tiegħek ikollu xi kumditajiet speċjali jew apparat tas-sigurtà siewi għall-familji u—mhux hekk biss—il-post tiegħek jaf isir addattat għal iktar vjaġġaturi.

Pariri għal post addattat għall-familji

  • Detettur tad-duħħan u tal-monossidu tal-karbonju (CO) li jaħdem għal kull sular u għal kull żona tal-irqad
  • Benniena li tiżżarma, b'lożor apposta għall-benniena, imqiegħda 'l bogħod mit-twieqi u mill-blinds
  • Xtiebi tas-sigurtà għat-taraġ li jistgħu jitneħħew u, jekk għandek xi pixxina, li jkollok rixtellu madwarha
  • Blinds mingħajr ħbula għat-twieqi
  • Post sigur fejn tista' taħżen il-prodotti għat-tindif tad-dar, is-sapun likwidu għall-ħasil tal-ħwejjeġ, il-mediċina u l-prodotti kimiċi
  • Fran, cookers, ktieli u affarijiet oħra li jistgħu jkunu ta' riskju għas-sigurtà għandhom ikunu jistgħu jiġu mblukkati biex ma jintużawx mit-tfal jew jitqiegħdu f'post fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jilħquhom
  • Waħħal it-TVs ċatti mal-ħajt u jekk it-TVs ikunu itqal, qiegħedhom fuq għamara baxxa u stabbli
  • Uża s-saljaturi jew il-brazzi biex twaħħal l-għamara instabbli u tqila mal-ħajt u tevita li tinqaleb
  • Il-gijżer tal-ilma m'għandux isaħħan iktar minn 48 grad Ċelsius biex tevita li xi ħadd jinstamat

Іl‐kоmunіtà tа' Аіrbnb hіја іmреnјаtа lі tіbnі dіnја fejn іl‐fаmіlјі‚ humа mіn humа‚ јіѕtgħu јħоѕѕuhоm mіlqugħіn u rіѕреttаtі‚ іkunu kеmm іkunu 'l bоgħоd mіnn dаrhоm․ Aqra l-Politika ta' Nondiskriminazzjoni tagħna għal iktar informazzjoni.

Tista' wkoll tiċċekkja dal-pariri għas-sigurtà lі јgħоddu għаll‐bооkіngѕ kоllhа‚ mhuх dаwk bіѕѕ fејn іkun hеmm іt‐tfаl u/јеw іt‐trаbі. Tista' tikseb ukoll iktar pariri dwar kif tilqa' l-familji.

Agħti informazzjoni siewja dwar is-sigurtà għall-familji

Kif taqsam id-dettalji tas-sigurtà b'kompjuter

  1. Ikklikkja fuq Listings u agħżel il-listing li tixtieq tibdel
  2. Ikklikkja fuq L-ispazju tiegħek mill-Editur tal-listings
  3. Ikklikkja fuq Sigurtà tal-klijenti
  4. Agħżel fost l-għażliet Pariri għas-sigurtà, Tagħmir tas-sigurtà u Informazzjoni dwar il-propjetà
Dal-artiklu għenek?

Artikli relatati

  • Regoli • Klijent

    Kif tivvjaġġa bit-tfal

    Airbnb impenjata li trawwem komunità inklużiva li tilqa' lil kulħadd, anki lil dawk li jkunu qed jivvjaġġaw bit-tfal.
  • Politika tal-komunità • Klijent

    Rekwiżiti tal-età

    Biex tagħmel booking jew tilqa' n-nies fil-post tiegħek fuq Airbnb trid tkun għalaqt mill-inqas 18-il sena.
  • Istruzzjonijiet • Host tal-esperjenzi

    Linji gwida marbuta mal-età għas-servizzi u l-esperjenzi ta' Airbnb

    Jekk hi attività ta' strapazz, għandha tema għall-kbar jew se tiġi organizzata f'post miftuħ biss għal nies ta' ċerta età, mhix esperjenza adattata għat-tfal.
Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
Idħol jew irreġistra