Tista' taqra dil-artiklu bl-Ispanjol jew bl-Ingliż.
Dal-artiklu jagħti ħarsa ġenerali lejn il-liġijiet u r-regolamenti reġjonali li jistgħu jolqtu lill-Hosts ġewwa Navarra. Minbarra dal-liġijiet, il-muniċipalitajiet jafu jkunu approvaw xi regoli u/jew restrizzjonijiet marbuta mat-tqassim tal-art li jistgħu jolqtu lill-attività tiegħek. Jeħtieġlek tiżgura li timxi mal-liġijiet u r-regolamenti li jistgħu jgħoddu għaċ-ċirkostanzi u l-post speċifiċi tiegħek.
Nissuġġerulek tagħmel ir-riċerka tiegħek għax dal-artiklu mhux komplut u ma jistax jitqies bħala parir legali jew fiskali. Barra minn hekk, peress li ma naġġornawx dan l-artiklu f' ħin reali, jekk jogħġbok iċċekkja kull sors u ara li l-informazzjoni mogħtija ma nbidlitx dan l-aħħar. Ikseb parir legali u/jew fiskali għall-każ tiegħek.
Il-Gvern Reġjonali ta' Navarra għandu regoli speċifiċi għall-akkomodazzjonijiet għat-turisti. Il-Liġi tat-Turiżmu ta' Navarra tiddefinixxi "akkomodazzjoni turistika" bħala dawk il-vilel, djar indipendenti, djar terrazzati ("adosados") jew proprjetajiet simili li huma reklamati u promossi permezz ta' kanali turistiċi, fornuti u mgħammra għal użu immedjat, biex jinkrew temporanjament minn partijiet terzi u bi skambju għal prezz.
Skont id-Digriet reġjonali dwar is-suġġett, l-akkomodazzjonijiet għat-turisti f'Navarra għandhom jiġu offruti bħala unità waħda, b'erja minima ta' 90 m², aċċess indipendenti u segregazzjoni vertikali.
F'Navarra, jeħtieġlek tirreġistra kull post fejn toqgħod li beħsiebek toffri bħala akkomodazzjoni għat-turisti mar-Reġistru tat-Turiżmu ta' Navarra. Bħala parti mill-proċess, l-ewwel trid tibgħat dikjarazzjoni ta' responsabbiltà lill-Kunsill tat-Turiżmu li tiddikjara li qed timxi mar-regolamenti attwali u kull rekwiżit ieħor previst fil-livelli reġjonali u lokali.
Wara li tlesti l-proċess tar-reġistrazzjoni, l-akkomodazzjoni turistika tiegħek se tingħata numru tar-reġistrazzjoni (Eżempju: UVT00000).
Biex tilqa' n-nies ġewwa Spanja, jaf jeħtieġlek tikseb numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali mir-Reġistru tal-Propjetà u turih meta ttella' l-propjetajiet tiegħek fuq Airbnb.
Aqra dal-artiklu għal iktar informazzjoni dwar l-obbligi tar-reġistrazzjoni nazzjonali u suġġetti oħra marbuta ma' dal-qasam.
L-Awtoritajiet ta' Navarra jeħtieġu li turi n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħek fuq kull tip ta' riklam għall-akkomodazzjoni turistika tiegħek, inkluż dak ta' Airbnb. Hemm qasam fejn tista' ddaħħal in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħek fit-taqsima tad-dettalji tal-Listing .
Biex issir taf iktar dwar ir-regoli għall-akkomodazzjoni għat-turisti ġewwa Navarra u kif jistgħu jolqtu lilek jew lill-propjetà tiegħek, tista' tikkuntattja lid-Delegazzjoni Territorjali tal-Kultura, l-Isport u t-Turiżmu.
Aħna nimpenjaw ruħna li naħdmu mal-awtoritajiet tal-post biex nagħmlu r-regoli marbuta mal-ekonomija kollaborattiva iktar ċari u biex ngħinhom jifhmu l-benefiċċji li Airbnb iġġib magħha għall-komunità tagħna. Kull meta jkun meħtieġ, se nkomplu nħarsu kull bidla li tagħti lill-individwi l-possibbiltà li jikru d-djar tagħhom.