Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet • Host tal-esperjenzi

Kif iżżid il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà mal-listings tal-esperjenzi u tas-servizzi tiegħek

Hija ħaġa sabiħa ħafna li tkun tista' taċċetta iktar nies għall-esperjenza jew għas-servizz tiegħek. Meta żżid il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà mal-listing tiegħek, il-klijenti se jkunu jistgħu jfittxu skont dal-faċilitajiet biex isibu l-esperjenzi u s-servizzi li huma addattati għall-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħhom.

Kif taħdem

Tista' tibdel il-listing tal-esperjenza jew tas-servizzi tiegħek u ssemmi kull faċilità tal-aċċessibbiltà li tagħti lill-klijenti tal-esperjenza jew tas-servizz tiegħek. Sir af iktar dwar kif toħloq listing li l-klijenti jistgħu jibbukkjawh b'moħħhom mistrieħ.

Kif tibdel il-listing tal-esperjenza tiegħek biex iżżid il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà

Kif tibdel il-listing tal-esperjenza tiegħek b'kompjuter

  1. Agħfas fuq Listings u agħżel l-esperjenza li tixtieq tibdel
  2. Ikklikkja fuq Faċilitajiet tal-aċċessibbiltà u agħżel il-faċilitajiet li tagħti


Kif tibdel il-listing tas-servizz tiegħek biex iżżid il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà

Kif tibdel il-listing tas-servizz tiegħek b'kompjuter

  1. Ikklikkja fuq Listings u agħżel is-servizz li tixtieq tibdel
  2. Ikklikkja fuq Faċilitajiet tal-aċċessibbiltà u agħżel il-faċilitajiet li tagħti

Il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà se jintwerew fit-taqsima Affarijiet li għandek tkun taf filwaqt li l-klijenti li jkunu qed ifittxu jistgħu jagħżlu dal-faċilitajiet fit-tfittxija tagħhom.

Billi l-klijenti jistrieħu fuq il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà biex jifhmu jekk esperjenza jew servizz jgħoddx għalihom, importanti li tagħti informazzjoni dettaljata u kompluta dwar il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà li tagħti. Xi klijenti xorta jafu jiktbulek biex jistaqsuk xi dettalji dwar il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà li tagħti. Din hija xi ħaġa normali għax jagħmlu sewwa li jistaqsuk iktar mistoqsijiet u jgħidulek meta xi ħaġa ma tkunx ċara għalihom.

Aqra dwar l-impenn għall-aċċessibbiltà u l-inklużjoni għan-nies b'diżabbiltajiet tagħna biex issir taf iktar dwar l-appartenenza u l-inklużjoni fuq Airbnb.

Dal-artiklu għenek?

Artikli relatati

Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
Idħol jew irreġistra