Tista' taqra dil-artiklu bl-Ispanjol jew bl-Ingliż.
Dal-artiklu jagħti ħarsa ġenerali lejn il-liġijiet u r-regolamenti reġjonali li jistgħu jolqtu lill-Hosts ġewwa Extremadura. Minbarra dal-liġijiet, il-muniċipalitajiet jafu jkunu approvaw xi regoli u/jew restrizzjonijiet marbuta mat-tqassim tal-art li jistgħu jolqtu lill-attività tiegħek. Jeħtieġlek tiżgura li timxi mal-liġijiet u r-regolamenti li jistgħu jgħoddu għall-każ u l-post tiegħek.
Nissuġġerulek tagħmel ir-riċerka tiegħek għax dal-artiklu mhux komplut u ma jistax jitqies bħala parir legali jew fiskali. Barra minn hekk, peress li ma naġġornawx dan l-artiklu f' ħin reali, jekk jogħġbok iċċekkja kull sors u ara li l-informazzjoni mogħtija ma nbidlitx dan l-aħħar. Ikseb parir legali u/jew fiskali għall-każ tiegħek.
Il-Gvern Reġjonali ta' Extremadura għandu regoli speċifiċi għall-akkomodazzjonijiet għat-turisti. Skont id-Digriet reġjonali dwar is-suġġett, "akkomodazzjonijiet għat-turisti" huma dawk il-blokok jew gruppi ta' appartamenti, djar u bini ieħor bħalhom, ikunu x'ikunu l-materjal li jintuża biex jinbnew, li jintużaw biex jilqgħu n-nies bi ħlas u li jkunu lesti biex jintużaw minnufih.
L-akkomodazzjonijiet għat-turisti ġewwa Extremadura għandhom jiġu offruti bħala post sħiħ (post wieħed).
Jekk il-listing tiegħek jinsab ġewwa Extremadura, jeħtieġlek tirreġistra kull post fejn toqgħod li tixtieq toffri bħala akkomodazzjoni għat-turisti mar-Reġistru Ġenerali tan-Negozji u l-Attivitajiet tat-Turiżmu ta' Extremadura. Bħala parti mill-proċess, l-ewwel trid tibgħat dikjarazzjoni ta' responsabbiltà lid-Direttorat Ġenerali li tiddikjara li qed timxi mar-regolamenti li qed jintużaw bħalissa.
Wara li tlesti l-proċess tar-reġistrazzjoni, l-akkomodazzjoni turistika tiegħek se tingħata numru tar-reġistrazzjoni.
Biex tilqa' n-nies ġewwa Spanja, jaf jeħtieġlek tikseb numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali mir-Reġistru tal-Propjetà u turih mal-listing tal-propjetà tiegħek fuq Airbnb.
Aqra dal-artiklu għal iktar informazzjoni dwar l-obbligi tar-reġistrazzjoni nazzjonali u suġġetti oħra marbuta ma' dal-qasam.
Skont ir-regoli tal-awtoritajiet ta' Extremadura, jeħtieġlek turi n-numru u t-tip ta' reġistrazzjoni tal-akkomodazzjoni tiegħek fuq kull forma ta' riklam għall-akkomodazzjoni turistika tiegħek, inkluż dak ta' Airbnb. Hemm qasam li tista' tuża biex iżżid in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħek fit-taqsima tad-dettalji tal-Listing.
Biex issir taf iktar dwar ir-regoli għall-postijiet fejn toqgħod għat-turisti ġewwa Extremadura u kif jistgħu jolqtu lilek jew lill-propjetà tiegħek, tista' tikkuntattja lid-Delegazzjoni Territorjali tal-Kultura, it-Turiżmu, iż-Żgħażagħ u l-Isport.
Aħna impenjati li naħdmu mal-awtoritajiet lokali biex nagħmlu r-regoli dwar l-ekonomija kollaborattiva iktar ċari u biex ngħinhom jifhmu l-benefiċċji ta' Airbnb għall-komunità tagħna. Kull meta jkun meħtieġ, se nkomplu nħarsu kull bidla li tagħti lill-individwi l-possibbiltà li jikru d-djar tagħhom.