Tista' taqra dil-artiklu bl-Ispanjol jew bl-Ingliż.
Dal-artiklu jagħti ħarsa ġenerali lejn il-liġijiet u r-regolamenti reġjonali li jistgħu jolqtu lill-Hosts ġewwa Melilla. Minbarra dal-liġijiet, il-muniċipalitajiet jafu jkunu approvaw xi regoli u/jew restrizzjonijiet marbuta mat-tqassim tal-art li jistgħu jolqtu lill-attività tiegħek. Jeħtieġlek tiżgura li timxi mal-liġijiet u r-regolamenti li jistgħu jgħoddu għall-każ u l-post tiegħek.
Nissuġġerulek tagħmel ir-riċerka tiegħek għax dal-artiklu mhux komplut u mhux parir legali jew fiskali. Barra minn hekk, peress li ma naġġornawx dan l-artiklu f' ħin reali, jekk jogħġbok iċċekkja kull sors u ara li l-informazzjoni mogħtija ma nbidlitx dan l-aħħar. Ikseb parir legali u/jew fiskali għall-każ tiegħek.
Il-Gvern ta' Melilla għandu regoli speċifiċi għall-akkomodazzjonijiet għat-turisti. Skont id-Digriet dwar is-suġġett, "akkomodazzjonijiet għat-turisti" huma mifhuma bħala dawk il-blokok jew kumplessi ta' appartamenti, vilel, chalets u proprjetajiet simili li huma offruti għall-kiri fuq bażi regolari u huma mgħammra għal użu immedjat għal skopijiet ta' vaganza jew divertiment.
F'Melilla, se jkollok tirreġistra kull post fejn toqgħod li tixtieq toffri bħala post fejn toqgħod għat-turisti mar-Reġistru tal-Intrapriżi u l-Attivitajiet tat-Turiżmu ta' Melilla. Bħala parti mill-proċess, l-ewwel trid tibgħat applikazzjoni ġenerali ("instancia general") fuq is-sit elettroniku ta' Melilla ("sede electrónica"). Imbagħad se jkollok tibgħat dikjarazzjoni ta' responsabbiltà lill-awtoritajiet tat-turiżmu biex tgħid li qed timxi mar-regolamenti fis-seħħ u kull rekwiżit ieħor li jista' jkun hemm fis-seħħ fil-livell reġjonali u lokali.
Wara li tlesti l-proċess tar-reġistrazzjoni, l-akkomodazzjoni turistika tiegħek se tingħata numru tar-reġistrazzjoni.
Biex tilqa' n-nies ġewwa Spanja, jaf jeħtieġlek tikseb numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali mir-Reġistru tal-Propjetà u turih meta ttella' l-propjetajiet tiegħek fuq Airbnb.
Aqra dal-artiklu għal iktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tar-reġistrazzjoni nazzjonali u suġġetti oħra marbuta ma' dan.
Meta tkun qed ittella' l-propjetà tiegħek fuq Airbnb, f'Melilla obbligat/a li żżid in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali. Hemm qasam li tista' tuża biex iżżid dan-numru ta' reġistrazzjoni fit-taqsima tad-dettalji tal-Listing. Biss bħalissa mhux meħtieġ li turi n-numru tar-reġistrazzjoni ta' Melilla flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali.
Biex issir taf iktar dwar ir-regoli għall-postijiet fejn toqgħod għat-turisti ġewwa Melilla u kif jistgħu jolqtu lilek jew lill-propjetà tiegħek, tista' tikkuntattja lid-Delegazzjoni Territorjali tal-Ekonomija, il-Kummerċ, l-Innovazzjoni Teknoloġika, it-Turiżmu u l-Iżvilupp.
Aħna nimpenjaw ruħna li naħdmu mal-awtoritajiet tal-post biex nagħmlu r-regoli marbuta mal-ekonomija kollaborattiva iktar ċari u biex ngħinhom jifhmu l-benefiċċji li Airbnb iġġib magħha għall-komunità tagħna. Kull meta jkun meħtieġ, se nkomplu nħarsu kull bidla li tagħti lill-individwi l-possibbiltà li jikru d-djar tagħhom.